Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali

“It-tibdil fil-miżuri tal-Gvern qed jikkawżaw inċertezza bla bżonn” – Kamra tal-Kummerċ

It-tibdil fl-istruzzjonijiet u l-miżuri li jkunu tħabbru u n-nuqqas ta’ kjarezza minn naħa tal-Gvern qed toħloq inċertezza bla bżonn. Dan stqarritu l-Kamra tal-Kummerċ aktar kmieni llum fejn saħqet dwar il-bżonn li l-Gvern jikkonsulta mal-partijiet komċerati qabel ma jittieħud d-deċiżjonijiet, sabiex jitnaqqas il-ħela ta’ ħin u l-konfużjoni kif ukoll il-frustrazzjoni għal kulħadd.

Il-Kamra tal-Kummerċ stqarret li rċeviet mijiet ta’ messaġġi mill-komunità tan-negozju li esprimew it-tħassib tagħhom u li talbet għak aktar ċarezza f’dak li qed ikun ikkomunikat mill-Gvern. L-inkonsistenzi ta’ dan l-aħħar mhux biss qed jagħmlu ħsara lin-negozji li diġa qu ed jiffaċċjaw l-aktar mumenti ta’ sfida kemm ilhom jeżistu, imma qed joħolqu wkoll livell ta inċertezza li pajjiżna bħalissa m’għandux x’jambih.

Il-Kamra tal-Kummerċ tenniet id-disponibiltà tagħha għall-konsultazzjoni u għall-opinjonijiet kostuttivi u objettivi tagħha, aktar w’aktar issa f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji.

L-istqarrija taċ-Chamber of Commerce tasal wara li fl-aħħar jiem il-Gvern għamel numru ta’ u-turns fuq deċiżjonijiet b’impatt fuq in-negozju u l-kummerċ.