Coronavirus Futbol Sport

Manchester City joffru l-grawnd tagħhom lill-NHS

(Ritratt: EPA)

Manchester City fetħu l-bibien tal-Etihad Stadium għall-ħaddiema tal-NHS fl-eqqel tal-battalja kontra l-coronavirus fl-Ingliterra. Il-ħaddiema tal-NHS aċċettaw l-offerta ta’ Manchester City, li se jospitaw biex dawn ma jmorrux lura għand il-familji tagħhom b’riskju li jxerrdu iktar dan il-virus.

Barra minn hekk il-grawnd ta’ Manchester City mistenni jkun użat bħala faċilità ta’ taħriġ għat-tobba u l-infermiera hekk kif is-sitwazzjoni fl-Ingilterra mistennija tiggrava. Iktar kmieni din il-ġimgħa Chelsea wkoll offrew l-istadium tagħhom biex dan ikun jista’ jiġi użat mill-NHS f’dawn il-mumenti diffiċli.