Lokali

Mhux qed iħossu sapport mill-Gvern

65.4% mill-artisti Maltin mhumiex iħossuhom li qed jingħataw biżejjed sapport minn naħa tal-Gvern.

Dan ħareġ minn stharrig li sar mill-kumpanija ARC Research and Consultancy u li iffoka fuq il-kultura u s-settur tal-kreattività f’pajjiżna bil-parteċipanti jirrispondu dwar l-effetti tal-Covid-19.

Is-survey kien indirizzat mhux biss għall-artisti iżda wkoll għal operaturi fil-qasam tal-kultura u fornituri tas-settur.

58.8% tal-parteċipanti qalu li x-xogħol li kellhom ġie pospost u għadhom ma jafux meta se jsir dan ix-xogħol. Minn naħa l-oħra, 29.9% qalu li x-xogħol tħassar u mhux se jieħdu l-flus li kienu pjanati li jieħdu.

Il-maġġoranza ta’ dawk li rrispondew qalu li jixtiequ fondi t’emerġenza bħala għajnuna minhabba t-telf li kellhom. Dan meta l-maġġoranza tal-parteċipanti qalu li jiddependu b’mod sħiħ fuq id-dħul mis-settur tal-kultura u l-kreattività.

Dawk li pparteċipaw issuġġerew dawn il-proposti bħala għajnuna lil artisti Maltin:

  • Li ssir inizzjattiva ta’ għajnuna
  • Jingħataw għajnuna ghal riżorsi online
  • Jingħataw aċċess għal softwares biex ikun hemm kuntatt man-nies fid-djar
  • Ikun hemm union għall-artisti f’pajjiżna
  • U jsir pjan fuq bażi long-term