Coronavirus Lokali

RITRATTI: Qisu Sibt bħall-oħrajn…ħafna nies barra

Kuntrarju għaż-żewġ Sibtijiet ta’ qabel, illum aktar nies dehru joħorġu barra f’diversi ħinijiet tal-ġurnata, mhux biss biex jixtru imma anke biex igawdu xi mixja f’zoni bħal Wied il-Għajn, Tas-Sliema u l-Qawra.

Apparti li sa minn kmieni filgħodu kien hemm grupp ta’ nies li inġabru quddiem banek, u anzjani li dehru f’diversi pjazez…kien hemm ukoll xeni ta’ ammonti konsiderevoli ta’ persuni li bħal donnu mhux jagħtu kas is-serjeta’ tas-sitwazzjoni li ninsabu fiha u l-appelli li qed isiru mill-awtoritajiet tas-saħħa.

L-inkwiet jikber meta wieħed jinnota gruppi ta’ persuni jimxu flimkien jew jinġabru f’postijiet pubbliċi – gruppi ta’ aktar minn tnejn. Din kienet xena komuni illum wara nofsinhar fil-Balluta, Tas-Sliema u Spinola.