Coronavirus Futbol Sport

Tmien plejers ta’ West Ham b’sintomi tal-coronavirus

(Ritratt:EPA)

Il-viċi-chairman ta’ West Ham, Karren Brady ikkonfermat li l-Hammers għandhom tmien plejers fi kwarantina wara li żviluppaw sintomi ħfief tal-coronavirus. Iktar kmieni dan ix-xahar il-kowċ ta’ West Ham, David Moyes kien fi kwarantina volontarja wara li għamel kuntatt mal-kowċ ta’ Arsenal Mikel Arteta, bil-kowċ tal-Gunners ftit tal-ġranet wara jikkonferma li kien irriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Bil-plejers kollha ta’ West Ham qegħdin isegwu programm ta’ eżerċizzji fiżiċi speċifiċi, Brady żżid li l-klabb tagħha jaqbel li l-kampjonat jintemm u biex dan isir jkollu jibqa’ għaddej sa Lulju. Nhar il-Ġimgħa saret laqgħa bejn dawk kollha nvoluti fil-kampjonati tal-futbol fl-Ingilterra fejn iddiskutew ir-riperkussjonijiet finanzjarji li dan il-virus qiegħed iħalli fuq il-futbol Ingliż. b’ aktar diskussjonijiet mistennija jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin, bil-futbol Ingliż sa issa mistenni jitkompla fit-30 ta’ April.