- Il-President juża liġi ta’ żmien il-Gwerra tal-Korea
Il-President Amerikan Donald Trump ordna lill-ġgant General Motors biex jibni ventilators sabiex jilqa’ għan-numru dejjem jikber ta’ tixrid ta’ Covid-19 fil-pajjiż.
Trump invoka l-Att dwar il-Produzzjoni għad-Difiża, liġi li tmur lura għal żmien il-Gwerra tal-Korea fis-snin 50 li tagħti poter lill-President Amerikan jordna l-industrija biex tipproduċi materjal għad-difiża nazzjonali. Donald Trump qal li GM qed taħli l-ħin u hemm bżonn azzjoni sabiex ikunu salvati l-ħajjiet.
B’iktar minn 104,000 każ, l-Istati Uniti hu l-iktar pajjiż li għandu każi ta’ infezzjonijiet. Iżda sa issa, in-numru ta’ mwiet – madwar 1,700 – hu ferm inqas minn pajjiżi milquta oħrajn bħaċ-Ċina u l-Italja.
Minbarra l-produzzjoni ta’ ventilators f’fabbrika f’Indiana, GM se tkun qed tipproduċi wkoll maskri f’Michigan.
//= $special ?>