Lokali

AĠĠORNATA: Żewġ serqiet matul il-lejl li għadda

Matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd żewġ stabbilimenti, sfaw vittma ta’ serq.

Dawn il-ħwienet jinsabu fi triq Biżazza f’Tas-Sliema u fi Triq il-Kappillan Mifsud fil-Ħamrun rispettivament.

Ritratti Matthew Tabone

Is-serqa mill-ħanut f’Tas-Sliema seħħet għall-ħabta tal-4am. Hawnekk tkisser il-bieb tal-ħgieġ ta’ barra u insteraq numru ta’ apparat elettroniku minn ħanut tat-telekunikazzjoni.

F’dan il-każ il-pulizija qed tinvestiga permezz ta’ kameras tas-CCTV.

Ritratt: Matthew Tabone

Fit-tieni serqa, mhux magħruf il-ħin eżatt pero jidher li mal-wasla tagħhom fil-ħanut, il-Ħadd filgħodu l-ħaddiema sabu s-sellatura tal-bieb maqluha u malli daħlu ġewwa nnutaw li kienu nsterqu ammont ta’ flus kontanti u apparat elettroniku.

F’dan il-każ fil-Ħamrun, infetħet inkjesta mill-Magistrat Natasha Galea Sciberras li ħattret diversi esperti biex jgħinuha.