Coronavirus Lokali

Inizjattiva għall-familji fil-bżonn mill-komunità Mġarrija

Għal din is-sena, flok Festa Frawli, l-Imġarrin ħolqu inizjattiva sabiex jgħinu familji fil-bżonn.

Fl-Imġarr, b’inizjattiva tal-parroċċa tal-Mġarr u b’għajnuna mil-kunsill lokali, inħoloq foodbank. Dan sabiex jgħin lill-familji li jinsabu fil-bżonn u li ntlaqtu b’mod finanzjarju minħabba l-COVID-19.

L-idea ta’ dan il-foodbank bdiet minn familja Imġarrija… inizjattiva li sabet l-appoġġ tal-kunsill lokali tal-istess lokalità. Dun George Schembri, il-Kappillan tal-Imġarr qal li minħabba l-coronavirus żdiedu n-nies li għandhom bżonn għajnuna finanzajrja jew għajnuna oħra fosthom ikel.

Huwa qal li f’dawn iċ-ċirkostanzi, dawn in-nies ma jistgħux jitħallew waħedhom. F’din il-lokalità hawn diversi stabilimenti tal-ikel u allura kienu bosta dawk li ntlaqtu u spiċċaw bla imjieg.

Il-Kappillan spjega li dan qed isir kemm mill-parruċċani u wkoll mis-sidien tal-ħwienet li sab il-kollaborazzjoni tagħhom għax qed iħallu

Diversi familji u ħwienet qed iħallu kaxxa wara l-bieb tagħhom biex l-klijenti jekk iridu jixtri xi prodotti tal-ikel għall-familji fil-bżonn u jpoġġuhom f’din il-kaxxa. Dun George Schembri qal li fl-aħħar jiem dan il-foodbank għen ħames familji bit-tfal żgħar.

Il-Kappillan qal li l-parroċċa ħadet ħsieb li tilħaq lil min għandu bżonn anke permezz ta’ paġna fuq il-midja soċjali.