Coronavirus Internazzjonali

Ir-Renju Unit jista’ jdum fi kriżi għal mill-inqas sitt xhur

Aktar vittmi fl-Italja u fi Spanja

“Tistennewx li l-ħajja fir-Renju Unit se tirritorna għan-normal fil-viċin. Jaf indumu sitt xhur bir-restrizzjonijiet.” Hekk intqal f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata illum mis-Segretarju għall-Komunitajiet u mit-Tabiba Ewlenija tal-Gvern Ingliż.

Robert Jenrick, Segretarju tal-Komunitajiet fil-Gvern ta’ Boris Johnson, spjega li dan ma jfissirx li l-pajjiż se jibqa’ f’lockdown totali. Iżda l-kriżi se ddum magħna xhur, u allura r-restrizzjonijiet (f’xi forma jew oħra) żgur li jdumu fis-seħħ għal mill-inqas 6 xhur.

In-numru ta’ mejta fir-Renju Unit issa laħħaq 1,228.

Fi Spanja, 838 kienu l-vittmi fl-aħħar 24 siegħa. Filwaqt li fl-Italja illum mietu 756.

Intant, illum ukoll tħabbar li l-Iżvizzera waqqfet il-vjaġġi bil-ferrovija lejn l-Italja.