Coronavirus Futbol Sport

L-eks gowlkiper Tork Rustu Recber jiddaħħal l-isptar bil-coronavirus

(Ritratt: EPA)

L-eks gowlkiper Tork Rustu Recber iddaħħal l-isptar minħabba li qed isofri mill-coronavirus. Recber lagħab 120 logħba mat-tim nazzjonali tat-Turkija u hu l-aktar plejer li lagħab ma’ pajjiżu.

Fil-karriera tiegħu hu lagħab fost l-oħrajn ma’ Barcelona u Fenerbahce iżda jibqa’ jispikka meta għen lit-Turkija biex tasal mal-aħħar erbgħa tat-Tazza tad-Dinja fl-2002. Hu rtira fl-2012 wara ħames snin ma’ Besiktas.

Fuq Instagram, il-mara tiegħu Isil Recber qal li jinsabu maħsuda bl-iżvilupp malajr tas-sintomi. Mart Recber flimkien maż-żewġt itfal tiegħu kienu negattivi għal dan il-virus. Kemm Barcelona kif ukoll Fenerbahce kitbu messaġġi b’awguri għal fejqan ta’ malajr għal Rustu Recber.