Coronavirus Lokali

“Obdu biex ma tħarbtulix is-sajf” – Robert Abela

“Obdu r-regolamenti biex ma tħarbtulix is-Sajf” – Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista li kellu l-Hadd filghodu fuq l-istazzjon Laburista.

Wara l-messaggi konflingenti li hargu fl-ahhar jiem, bil-Prim Ministru u Chris Fearne jidhru qed jghidu diskors litteralment oppost ghal xulxin – Robert Abela appella biex kulħadd jimxi ma dak li qed jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa.

Iżda ametta li f’temp ta’ ftit sigħat mill-komunikazzjoni ta’ Chris Fearne, hu għazel li jbiddel l-miżuri li sejjaħ “fine tuning.”

Intant, is-soluzzjoni ta’ Robert Abela għal dawk li jgħixu ma persuni vulnerabbli li għalihom ħarġet il-miżura li jibqgħu ġewwa hija; “żommu Social Distancing fid-dar stess”

Madanakollu, fost ħafna messaġġi partiġġjani, il-Prim Ministru donnu ta x’jifhem li ftit qed jafda lin-nies meta qal “Nibża’ li n-nies se jillaxxkaw.”

Robert Abela attakka l-Assoċjazzjoni tat-Tobba il-MAM li qabel biss kellna każ wieħed ta’ COVID-19 f’Malta kienu taw parir biex jieqfu t-titjiriet lejn pajjiżna.

Il-Prim Ministru tkellem dwar il-pakkett finanzjarju mħabbar minnu li hu sejjaħ kbir, agressiv u storiku, iżda fl-istess waqt ammetta li mhux kulħadd se jieħu it-800 Ewro mwiegħda mill-Gvern għaliex “mhux bilfors se jintlaqat kulħadd.”

Fi kliemu l-Prim Ministru saħa li “Il-flus mhux il-prijorità.”