Basketball Coronavirus Sport

Possibbiltà li l-NBA ikompli imma mingħajr spettaturi

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-media Amerikana qed jgħidu li jekk l-istaġun tal-NBA ikompli, il-logħba se jintlagħbu mingħajr spettaturi. Il-ġurnalist ta’ ESPN Brian Windhorst qal li l-NBA mistennija tuża l-istess pjan taċ-Ċina, jiġifieri li l-basketball professjonali jkompli filwaqt li l-plejers jinżammu iżolati jew jaqsmu l-lukandi biex jillimitaw iċ-ċans li jkunu f’kuntatt ma’ persuna infettata.

Il-plejer influwenti LeBron James tkellem kontra din l-idea li l-logħba tal-basketball Amerikan jintlagħbu mingħajr nies. Windhorst qal li jekk James irid jerġa’ jilgħab il-kampjonat din is-sena, se jkollu jibdel il-ħsibijiet tiegħu. Hu qal li l-plejer Amerikan qed jitkellem bl-emozzjoni ta’ kif qed jara l-affarijiet.