Festi Kultura Lokali Saħħa

“Qed nirkupra bil-mod”

Iż-żagħżugħ Naxxari li weġġa' fl-inċident fil-Kamra tan-Nar tas-Salina b'sinjali ta' rkupru

Iż-żagħżugħ Naxxari ta’ 27 sena, li sofra minn ħruq nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu f’inċident fil-Kamra tan-Nar Lourdes ta’ San Ġwann, fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Qadi, fis-Salini, limiti tan-Naxxar, qiegħed jirkupra bil-mod u jinsab mhux ħażin.

Minkejja li ma jistax jikteb u jwieġeb messaġġi, iż-żagħżugħ ħabbar dan fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook il-Ħadd filgħodu permezz ta’ post miktub minn ħabib tiegħu.

Huwa radd ħajr lill-istaff mediku li qed jieħu ħsieb il-kura tiegħu u rringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fih b’kull mod li setgħu.

Spikkaw il-kummenti ta’ kuraġġ u l-awgurju għall-fejqan ta’ malajr mingħand sħabu pirotekniċi kif ukoll dilettanti tal-Festa ta’ Marija Bambina tan-Naxxar.

L-Għaqda tan-Nar Marija Bambina tan-Naxxar fi stqarrija dakinhar tal-inċident kienet ikkjarifikat li ż-żagħżugħ kien qed jagħmel xogħol volontarju bi preparazzjoni għall-Festa Naxxarija, jidher li kien xogħol b’rabta man-nar tal-art.