Coronavirus Lokali

Ritratti: Familji jinġabru għall-picnics fl-Aħrax tal-Mellieħa… oħrajn mixja max-xatt

Għalkemm kontinwament qed isiru l-appelli biex in-nies ma joħorġux mid-dar, illum kienu numru ta’ familji li nġabru flimkien fl-Aħrax tal-Mellieħa.

Ritratti li bgħatulna s-segwaċi tal-paġna tagħna jixhdu ammont ta’ nies li akkost l-appelli xorta nġabru flimkien.

Sadanitant l-appell mill-Awtoirtajiet tas-Saħħa qed jibqa’ dak biex in-nies kemm jista’ jkun ma joħorġux u jibqgħu ġewwa.

Intant permezz ta’ post fuq Facebook il-Minority Leader tal-Mellieħa f’isem il-PN qal li bi qbil unanimu l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ilu ma joħroġ permessi għal picnics u attivitajiet ta’ rikreazzjoni għal kull zona fil-lokalità, inkluż l-Aħrax tal-Mellieħa.

Is-sitwazzjoni f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan kienet ukoll simili hekk kif in-nies ma ddejqu xejn joħoġru u ma jisimgħux mill-pariri li tawhom l-awtoritajiet.

L-istess jista’ jingħad għall-bajjiet hekk kif numru ta’ nies inġabru fil-bajjiet. Fir-ritratt t’hawn taħt numru ta’ nies inġabru qrib il-Bajja tal-Armier.