Lokali

Tinqaleb karozza f’Għajnsielem Għawdex

Minn informazzjoni li għadha kemm waslitilna jidher li ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Borg Qarib f’Għajnsielem Għawdex.

Jidher li għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa, karozza inqalbet u spiċċat f’nofs tat-triq.

Fuq il-post bħalissa hemm ambulanza sabiex tagħti l-ewwel għajnuna.

S’issa għadu mhux magħruf kemm hemm persuni li kienu involuti f’dan l-inċident u l-kundizzjoni tagħhom.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.