Coronavirus Internazzjonali

Trump ibiddel il-verzjoni dwar il-lockdown

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ilbieraħ qal li kien se joħroġ avviż ta’ restrizzjoni dwar l-ivjaġġar lejn il-Belt ta’ New York, speċjalment lejn iz-zoni l-aktar milquta mill-Covid-19.

Bi stqarrija bħal din huwa mar kontra dak li kien qal mumenti qabel dwar dak li kien se jaqta’ lir-reġjun għalih. Fil-Belt u r-Reġjun ta’ New York hemm ‘il fuq minn 52,000 każ ta’ Covid-19.

Fil-bidu Trump qal li “Il-Kwarantina mhux se tkun neċessarja” iżda mumenti wara qal mod ieħor.

Din l-aħbar ta’ Trump ġiet wara li l-Istati Uniti qabżu ‘fuq minn 2,100 mewta b’rabta mal-istess virus. L-għadd ta’ mwiet irdoppja minn jumejn qabel.

L-Istati Uniti issa għandha aktar minn 122,000 każ tal-virus fil-pajjiż.