Lokali

Wara s-suċċess ta’ din il-ġimgħa…jirritornaw għada f’NETLIVE

Segwuna għada wara l-aħbarijiet tas-6pm fuq Net TV

Matul il-ġimgħa li ġejja, il-karattri popolari ta’ Mini u Griz se jirritornaw għal darb’oħra fuq Net Television biex iferrħu lit-tfal li f’dawn il-ġranet jinsabu fi djarhom bħala prekawzjoni minħabba t-tixrid tal-Coronavirus.

Mini u Griz diġa’ dehru għal ftit minuti fil-programm tat-Tnejn – u r-rispons tan-nies kien wieħed fenomenali.

Issa, it-tim tal-produzzjoni tal-programm NETLIVE ħaseb biex jagħmel kollegamenti diretti kemm ma’ Mini kif ukoll ma’ Griz ħalli naraw kif qed iqattgħu l-ġranet tagħhom. Huma minn naħa tagħhom se jkollhom opportunita’ jindirizzaw lit-tfal li jsegwu Net TV, hekk kif bħalissa l-iskejjel jinsabu magħluqin.

Interessanti naraw min se jkun qed jagħmel il-kollegament tiegħu għada; jekk hux Griz jew inkella Mini. Dan għaliex bħalissa qed josservaw il-famuża social distancing.