Internazzjonali

812 mejtin ġodda fl-Italja…b’rekord ta’ nies imfejqa

epa08234509 An exterior view of the San Biagio and Santa Maria Immacolata church in the city of Codogno, northern Italy, 21 February 2020. Lombardy health councilor Giulio Gallera urged residents of Codogno to stay at home and avoid social contact after the first six people have been infected with the coronavirus in Italy, all in the region of Lombardy. Gallera added that some 250 people had been placed in isolation and would be tested for the deadly virus. Authorities are trying to establish whether the second batch of three cases were linked to an initial trio in Lodi, northern Italy. EPA-EFE/ANDREA FASANI

81L-Italja kkonfermat żieda ta’ 812-il vittma mill-coronavirus, bit-total tal-mejtin mill-effetti tal-marda jilħqu l-11,591.

Madankollu, fiequ mill-virus 14,620 li huma 1,590 aktar minn dawk li fiequ l-Ħadd. L-aħħar ċifri ta’ persuni li fiequ huma l-akbar għal perjodu speċifiku minn mindu bdiet l-emerġenza tal-coronavirus fil-pajjiż.

Dan meta fl-Italja, bħalissa, hemm ‘il fuq minn 100,000 infettati bil-Covid-19, u li minnhom 1,648 każ irriżultaw fl-aħħar 24 siegħa.

Naqset ukoll l-ispinta tal-infezzjonijiet fir-reġjun tal-Lombardija, fejn it-42,161 pazjent qed jirreġistraw tnaqqis ta’ 1,134. Iżda n-mumru ta’ mejtin fil-Lombardija għadu għoli, b’458 vittmi ġodda fir-reġjun ikunu konfermati f’24 siegħa.