Lokali

Estiżi t-termini tal-karigi uffiċjali tal-PN

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista unanimament qabel illi kull terminu elettiv li jista’ jiskadi, inkluż t-termini kollha ta’ l-karigi tal-uffiċċjali tal-Partit li huma eletti mill-istess Kumitat Eżekuttiv u kif ukoll tal-eżekuttivi tal-Fergħat kollha u tal-Kumitati Sezzjonali kollha tal-Partit jiġi estiż mill-31 ta’ Marzu 2020 (data tal-iskadenza tal-istess) sat-30 ta’ Ġunju 2020. Il-votazzjoni tal-membri tal-Kumitat Eżekuttiv saret bi proċedura elettronika għall-ewwel darba in vista taċ-cirkostanzi eċċezzjonali preżenti.

B’hekk ukoll, filwaqt illi naturalment l-attenzjoni ta’ kulħadd u wkoll tal-Partit kollu kemm hu, hija ffokata fuq is-sitwazzjoni preżenti, il-Partit Nazzjonalista ħa ħsieb illi jassigura li kull sezzjoni tal-Partit tibqa’ topera b’mod sħiħ, effikaċi u mingħajr ebda waqfien anke matul dawn iż-żminijiet.

Din id-deċiżjoni ġiet imħabbra minn Alex Perici Calascione President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN permezz ta’ stqarrija.