Lokali Parlament

Għandu jkun mgħejjun kulħadd

– Ivan J.Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal li f’dan il-mument il-Gvern għandu jgħin lil kulħadd.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-pajjiż għandu jkun f’pożizzjoni iktar b’saħħtu meta joħroġ minn din is-sitwazzjoni u kompla li l-Gvern għandu jkun aġli biex il-pajjiż jevolvi skont l-esiġenzi.

Hu semma’ n-negozji u qal li dawn huma pilastru tal-ekonomija Maltija u qal li anki n-negozji qed jaraw kif se jużaw ir-riżorsi tagħhom.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li n-negozji ż-żgħar m’għandhomx ir-riżorsi biex iżommu l-impjiegi kollha.

Hu kompla li n-negozji qed jieħdu l-istess kejl bħall-Gvern u qed jipprovaw jaraw jekk jistgħux jibbenefikaw. Il-fatti huma li 113,000 persuna mhux se jibbenefikaw.

Ivan J.Bartolo kompla li l-Gvern għandu jgħin lil kulħadd għaliex mhux stabbilit x’isir jekk il-pajjiż jitlef 25% min-negozji u l-istess perstenaġġ mill-impjiegi tal-113,000 ħaddiem li mhux se jkunu mgħejjuna.

Il-patt soċjali li sar hu tajjeb iżda mhux biżżejjed, sostna Ivan J.Bartolo, li kompla li n-negozji u l-ekonomija Maltija għandhom ikunu mgħejjuna immedjatament.