Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jgħin lill-għaqdiet volontarji

– Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar sostna fil-parlament li l-Gvern għandu jgħin lill-għaqdiet volontarji.

Robert Cutajar qal li bħal donnu insejna li hawn faxxa f’pajjiżna li ukoll tikkontribwixxi s-sena kollha u taħdem esklussivament ma’ faxxex mill-aktar vulnerabbli; l-għaqdiet volontarji. Dawn ukoll qed iħossu l-impatt li qed tħalli f’pajjiżna il-COVID 19.

Numru ta’ għaqdiet mhux governattivi qed jiffaċċjaw problemi finanzjarji mhux żgħar fit-twettiq tal-ħidma tagħhom. Fost dawn hemm Richmond Foundation, Suriet il-Bniedem, Dar Arka f’Għawdex u l-Creche
Richmond Foundation għandha 5 proġetti li kienu finazjati mill-Gvern flimkien ma’ fondi li jkunu kapaċi jtellgħu. Dawn l-attivitajiet li kienu jigu organizzati twaqqfu u allura jridu jaraw kif se jkopru dik id-differenza.

Mhux hekk biss iżda l-istess Fondazzjoni filwaqt li toffri servizzi b’xejn, kellha dħul li kien jiġi minn xogħol li kienet tagħmel ma’ kumpaniji privati. Dak id-dħul issa waqaf ukoll.

Robert Cutajar kompla li mhux biss imma fis-seba’ residenzi, inkluż dak imsejjaħ KIDs, proġett li jilqa’ fih tfal, fissru spejjez addizzjonali biex setgħu jagħmlu tajjeb attrezzaturi bħal Protective Personal Equipment (PPE ).

F’kull residenza kellhom jippreparaw kamra biex f’każ ta’ bżonn din isservi bħala iżolament.
Il-Whip Nazzjonalista kompla li kien hemm żieda ukoll fl-overtime tal-ħaddiema u tnaqqsi fid-donazzjonijiet li komplew jagħmlu l-ħajja aktar diffiċili. Ħaddiema bi kwarantina xorta baqgħu jitħallsu però ovvjament in-nuqqas tagħhom fisser overtime.

Mhux ċar u allura wieħed jistenna li l-Gvern iserraħ ras il-Fondazzjoni Richmond u organizzazjonijiet oħra li jmissu mal-qasam soċjali f’pajjiżna li dawn se jkunu qed jibbenefikaw mill-pakkett li ħabbar il-Gvern. 

Tajjeb nirrikonoxxu li minkejja din is-sitwazzjoni mhux normali, Richmond Foundation poġġiet għad-dispożizzjoni tal-Gvern ir-riżorsi tagħha, anke jekk limitati, biex nies professjonisti fi ħdanha joffru appoġġ emozzjonali u anke fuq saħħa mentali permezz tal-help-line; s’issa bejn it-8 am u t-8 pm.

Huma talbu għajnuna finazjarja biex is-servizz jibqa’ jingħata anke matul il-lejl.

Dwar Dar il-Kaptan, id-deputat Nazzjonalista qal li dawn ukoll qed jesperjenzaw piż ikbar.

Żdied l-overtime minħabba li numru ta’ ħaddiema qiegħdin bi quarantine leave. Għaliex tajjeb wieħed jifhem li dan xogħol li ma’ jistax isir b’teleworking. Materjal u apparat protettiv li kellhom jixtru. Dawn iridu jserrħu rashom li bħala Payment Service Providers (PSP) dawn se jkunu qed jirċievu l-ammonti dovuti.

Robert Cutajar kompla li Suriet il-Bniedem għandhom ħamest idjar b’40 ħaddiem b’70 resident. Anke hawn l-istess organizzazjoni daħħlet fi spejjeż addizzjonali minħabba overtime kawżati min-nuqqas ta’ staff.

Il-ħidma tagħhom trid tibqa’ għaddejja, l-appuntamenti fl-isptar iridu jinżammu. Kellu jinkera appartament għall-istaff biex ikunu ċerti li qed josservaw id-direzzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Hu semma’ Dar Arka f’Għawdex li fiha 18-il ħaddiem b’20 resident. Id-donazzjonijiet naqqsu, sostna Robrt Cutajar, Irridu nserrħu rashom li l-ħlasijiet dovuti lilhom mill-aġenziji Sapport u Appoġġ se jkunu qed jaslu għandhom. Mhux biss però li dawn għandhom spejjeż addizzjoni u allura hawm ċerta urġenza fit-timing ta’ meta jirċievu dawn il-flus.

Il-Gvern irid jifhem li s-servizzi ta’ dawn l-organizzazzjonijiet mhux talli ma’ jistgħu jieqfu izda f’dawn iċ-ċirkustanzi kellhom ibiddlu l-mod kif jaħdmu biex jibqgħu għaddejjin bis-servizzi tagħhom imprezzabbli fil-komunità.

Pajjiżna ma’ nistgħux ngħidu li aħna grati lejn ħidmiethom imma issa l-mument li nuru bil-fatti dak li nippriedkaw. L-appell tagħna lill-Gvern hu li rridu naraw li dawn jitħallsu sal-inqas ċentezmu żejjed li dawn għandhom bżonn biex ikomplu joperaw.


Il-Creche jospitaw 30 tifel u tifla fejn il-fatt li dawn mhux imorru skola fisser ukoll piż finanzjarju addizzjonali fuq l-operat. Is-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna fisser li t-tfal qed jingħataw ikla addizzjonali f’nofsinhar. Inxtraw vitamini li qed jingħataw lit-tfal biex jilqgħu. Kellhom jinxtraw printers u computers sabiex it-tfal ikunu jistgħu jsegwu l-lezzjonijiet.