Lokali Parlament

Il-miżuri ta’ protezzjoni għal Għawdex għandhom ikunu effettivi

– Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar appella fil-parlament biex il-miżuri ta’ protezzjoni għal Għawdex għandhom ikunu effettivi.

Fil-parlament Kevin Cutajar qal li l-Gvern qed jiltob li jiżdied id-dejn tal-pajjiż biex dan jagħmel tajjeb għall-kriżi. Dan is-self għandu jintuża fejn l-aktar hu meħtieġ. F’Għawdex hemm tħassib dwar jekk hux qed isir biżżejjed biex il-Fliegu jkun l-element li jżomm il-corona virus.

Wieħed mill-każi importanti tal-COVID-19 jinsab f’Għawdex, qal id-deputat Nazzjonalista, li staqsa jekk il-miżuri fuq il-Gozo Channel humiex biżżejjed biex jingħeleb dan l-ostaklu.