Lokali

Ir-raġuni vera għaliex ma jridux iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma

“L-Enemalta m’għadhiex kumpanija tal-Gvern Malti waħdu. Issa hemm ukoll iċ-Ċiniżi. L-Enemalta mhix tagħna biex naqbdu u ngħidu, ejja nraħħsu minn hawn u ngħollu minn hemm.”

Kliem il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li kien mistoqsi dwar id-diversi sejħiet biex il-Gvern iraħħas il-kontijiet tad-dawl biex ħalli il-familji u n-negozji jiehdu n-nifs.

F’intervista mal-ġurnal Times of Malta Edward Scicluna qal li minħabba l-hedging, idejn l-Enemalta jinsabu marbutin. Hu qal li ma jfissirx li jekk il-prezzijiet jinżlu, il-prezz tal-fuel għandu jinżel miegħu.

Bhalissa, il-prezz internazzjonali taz-zejt nizel ghal 23 dollaru kull barmil. Izda minkejja dan il-prezz baxx f’livelli tassew rekord ghall-ahhar snin, la rahsu il-kontijiet tad-dawl…u wisq anqas il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, li tant jigi ikkunsmat min-negozji u s-self-employed li ghadhom qed joperaw f’dan iz-zmien difficli.

Intant…mistoqsi dwar il-miżuri li saru sa issa, il-Ministru tal-Finanzi qal li kulħadd se jħoss id-daqqa u huwa impossibbli li l-Gvern jagħmel tajjeb għall-uġiegħ ekonomiku li ġej. It-turnover tas-settur privat hu ta’ madwar €25 biljun ewro u l-pagi fis-settur privat jammontaw għal €4 biljun. Dan hu qrib il-budget nazzjonali.

Semma wkoll kif oriġinarjament, il-Gvern għamel stima li s-settur tas-Saħħa se jkollu bżonn €35 miljun ewro addizzjonali sabiex ilaħħaq mal-kriżi tal-Coronavirus, iżda ir-realta’ hi li n-nefqa meħtieġa se tkun tlieta jew erba’ darbiet iktar minn din iċ-ċifra.

Ghad-domanda dwar jekk f’mumenti bħal dawn, min ikkritika il-bejgħ ta’ assi strateġiċi bħall-powerstation u l-Isptarijiet kellux raġun, il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li l-Gvern se jħares lejn ix-xenarji kollha.

Il-ġurnal ikkwota ċifri tal-NSO li juru li s-settur pubbliku tant kiber bejn l-2014 u l-2018, li il-pagi tal-Gvern żdiedu bi 30 fil-mija għal €1.3 biljun.

Mistoqsi jekk wara li jispiċċaw il-miżuri tal-Gvern, se jibda jinħass l-prezz tal-korruzzjoni, Edward Scicluna qal li l-Prim Ministru kien ċar meta qal li l-proċeduri se jiġu segwiti. Nafu li l-korruzzjoni għandha prezz u anki kieku m’għandhiex, il-prinċipju ta’ governanza tajba jibqa’ jgħodd u fakkar li kemm l-Awditur Ġenerali kif ukoll il-Qrati qegħdin jinvestigaw.