Coronavirus Lokali

Kanċellati l-festi ta’ Jum il-Ħelsien

Fid-dawl taċ-ċirkostanzi li l-Gżejjer Maltin spiċċaw jaffaċċjaw kawża ta’ COVID-19 il-festi ta’ Jum il-Ħelsien ġew kanċellati – proprju lejliet il-festa pubblika.

Fi stqarrija, il-Kumitat Festi Nazzjonali ħabbar li din is-sena mhux se jsiru l-attivitajiet u ċ-ċerimonja kommemorattiva fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien kawża tad-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa kif ukoll direttivi maħruġa mill-Gvern.

Fost oħrajn fl-aħħar jiem ġie ppublikat avviż legali fejn jipprojbixxi li grupp ta’ 5 persuni jew aktar jingħaqad f’post pubbliku b’mod organizzat jew ankè improvisat.