Coronavirus Sport Sport Ieħor

Konfermata d-data l-ġdida tal-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

L-Olimpjadi ta’ Tokyo li ġew posposti din is-sena minħabba l-coronavirus se jsiru bejn it-23 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu tal-2021. Il-ġimgħa l-oħra wara pressjoni kbira, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ħabbar li l-Olimpjadi ġew posposti, b’rapporti jgħidu li setgħu jsiru fir-rebbiegħa tas-sena d-dieħla. Iżda l-organizzaturi u l-KOI laħqu ftehim biex kollox ikun pospost b’sena.

Fi stqarrija, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach qal li b’din l-aħbar jinsab kunfidenti li flimkien ma’ dawk involuti, jistgħu jegħlbu din l-isfida bla preċedenti. Hu sejjaħ dawn l-Olimpjadi bħala l-Logħob li jistgħu jkunu d-dawl fit-tarf tal-mina.

Il-Paralimpjadi se jsiru bejn il-25 ta’ Awwissu u l-5 ta’ Settembru, ħames xhur biss qabel l-Olimpjadi tax-Xitwa li se jsiru f’Beijing fil-bidu tal-2022. L-atleti kollha li fil-passat għal din l-edizzjoni tal-Olimpjadi se jżommu posthom, filwaqt li l-postijiet tal-kwota li diġà kienu stabbiliti wkoll se jibqgħu li kienu.