Coronavirus Internazzjonali

L-Italja bl-ogħla rata ta’ fejqan fl-aħħar 24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa fl-Italja fiequ 1,590 – l-ogħla rata minn mindu l-pajjiż ġar tagħna spiċċa mifni bil-kriżi tal-Coronavirus, sabiex issa l-ammont kumplessiv ta’ persuni mfejqa fl-Italja huwa dak ta’ 14,620.

Dan filwaqt li kienu rreġistrati 1,648 każ ġdid pożittiv sabiex il-każi żiedu għal 75,528 u sfortunatament tilfu ħajjithom 812 fl-aħħar 24 siegħa.

Dan filwaqt li d-Deputat Minisru għas-Saħħa Taljan Pierpaolo Sileri sostna li l-Italja mistennija tilħaq il-peak tal-kriżi pandemika tagħha bejn sebgħa u għaxart ijiem oħra.

S’issa madwar il-globu huma aktar minn 746,200 il-każi pożittivi ta’ COVID-19. 157,098 rkupraw mill-virus filwaqt li l-mejta globalment jaqbżu ċ-ċifra ta’ 35,300.