Basketball Coronavirus Sport

L-MBA toffri l-Padiljun għad-dispożizzjoni tal-awtorità tas-saħħa

Id-dehra l-ġdida tal-MBA Arena (Ritratt: DOI)

Il-Malta Basketball Association ħadet inizjattiva mill-aqwa hekk kif infurmat lill-Ministeru tas-Saħħa li l-Padiljun Nazzjonali tal-Basketball f’Ta’ Qali jinsab għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa. Dan biex jintuża għal kull servizz mediku li huma jaraw floku f’dan il-mument ta’ kriżi.

Fi stqarrija, il-Malta Basketball Association qalet li “waqt il-mument diffiċli għal kulħadd, l-awtoritajiet tas-saħħa u l-istaff mediku qed jagħmlu xogħol mill-aqwa fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Huma ċertament jixirqilhom il-gratitudni u s-sapport.” L-MBA ħeġġet lil kulħadd biex josserva l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa.