Lokali Parlament

Malta trid tkun fuq quddiem biex tikkompeti meta tgħaddi l-kriżi

– Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li Malta trid tkun fuq quddiem biex tikkompeti iżda biex isir dan, il-pajjiż kollu jrid ikun b’saħħtu.

Fil-parlament Karl Gouder qal li n-nies li qed jiddefendu lill-pajjiż qed iwettqu missjoni kbira. Hu qal li hawn il-battalja medika u l-battalja finanzjarja u rringrazzja lil dawk kollha li qed iwettqu ħidma kbira kontra l-corona virus.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hawn 113,000 ħaddiem li m’humiex koperti bl-għajnuna li qed jagħti l-Gvern. Hu tkellem dwar x’se jiġri meta jgħaddi l-virus meta l-pajiżi kollha jibdew it-tellieqa dwar min se jkun fuq quddiem. Malta trid tkun fuq quddiem biex tikkompeti iżda biex isir dan, il-pajjiż kollu jrid ikun b’saħħtu.

Dwar il-kumpaniji, id-deputat Nazzjonalista qal li dan għandhom iżommu lill-ħaddiema professjonali u kwalifikati tagħhom biex isibuhom meta tgħaddi l-kriżi.