Coronavirus Lokali

Malti f’ITU f’Barċellona wara li ttestja pożittiv għall-COVID-19

Żagħżugħ ta’ 29 sena kellu jiddaħħal b’urġenza fi sptar Spanjol fil-Belt ta’ Barċellona wara li ttestja pożittiv għal Coronavirus.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo fejn spjega li l-Malti kellu jiddaħħal fid-Dipartiment tal-Kuru Intensiva – madanakollu aċċerta li huwa jinsab f’qagħda stabbli.

Il-Ministru Bartolo sostna li l-Awtoritajiet Maltin qed isegwu l-każ mill-qrib.

Fi Spanja s’issa l-każi pożittivi laħqu t-total ta’ 85,915.