Coronavirus Lokali

Minn għada ma jistgħux jinġabru aktar minn tliet persuni barra

Fl-isfond tas-sitwazzjoni preżenti. sa l-bieraħ ftit tal-jiem ilu, l-Gvern kien ippubblika avviż legali li ma jistgħu jinġabru persuni fi gruppi ta’ aktar minn ħames minn nies, iżda l-Ministru tal-Intern Byron Camillerra issa ħabar li dan issa se jitnaqqas għal massimu ta’ tlieta.

Dan issa se jkun regolat b’multi ta’ €100 għal kull persuna li se tkun miġbura fi grupp ta’ aktar minn 3 minn nies.

Dan l-avviż ma japplikax għal membri tal-familja li jgħixu fl-istess dar.

Eċċezzjonijiet isiru biss f’postijiet bħal bus stops u kjuwijiet għall-Banek,

Minn għada l-kavallerija tal-Pulizija se tkun qed toħroġ iddr f’zoni rurali biex tiżgura li l-pubbliku jżomm mar-regoli li qed jinħargu, kif se tagħmel is-sezzjoni tal-klieb fil-korp tal-Pulizija.