Coronavirus Ekonomija Lokali

Miżuri ta’ għajnuna indirizzati lejn il-familji Maltin u Għawdxin

Il-PN b’miżuri biex jittaffa’ l-impatt tal-kriżi COVID-19 fuq id-dħul tal-familji

Il-Partit Nazzjonalista qed jindirizza l-kriżi tal-imxija tal-COVID-19 b’responsabbiltà kbira fejn qiegħed iżomm bħala l-ewwel prijorità tiegħu s-saħħa pubblika u s-salvagwardja tal-impjiegi f’pajjiżna.

Sa mill-bidunett li bdiet tfeġġ din il-kriżi, l-PN nieda proċess intern biex, wara li jikkonsulta mal-imsieħba nvoluti u mas-setturi milquta, jressaq proposti fattibbli u li jistgħu jagħmlu d-differenza fil-mod ta’ kif pajjiżna jindirizza din l-isfida.

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata minn Claudio Grech, Karl Gouder u Ivan Bartolo, l-PN reġa’ ressaq u spjega programm ta’ ħdax-il miżura ntiżi sabiex jgħinu lil firxa wiesgħa ta’ familji biex ikunu jistgħu jsostnu l-kwalità tal-ħajja tagħhom tul il-perjodu temporanju li fih se inkunu qed naffaċċjaw din il-kriżi:

· L-għajnuna mħabbra mill-Gvern (ta’ massimu ta’ €800 għal kull ħaddiem) għal numru ta’ industriji, għandha tiġi estiża għal dawk il-ħaddiema u self employed kollha li x-xogħol ta’ lintrapriża jew negozju tagħhom intlaqat drastikament bil-kriżi COVID-19.

· Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma residenzjali għandhom jitnaqqsu b’50% b’effett mid-9 ta’ Marzu 2020 biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fil-konsum li l-familji qed jagħmlu minħabba l-lockdown parzjali kif ukoll biex jirrifletti l-prezzijiet irħas ta’ l-enerġija.

· Il-Gvern għandu jagħtu l-għajnuna kollha neċessarja lill-iskejjel privati u tal-knisja biex dawn itaffu n-nuqqas ta’ dħul fit-tielet term tas-sena skolastika. Għandu jgħin ukoll lil dawk lorganizazzjonijiet li jipprovdu taħriġ jew tagħlim extra-kurrikulari fl-oqsma diversi, inklużi ddrama, l-arti, l-kultura l-isport u oħrajn.

· Is-sidien privati li jikru l-propjetà tagħhom għandhom jiġu inċentivati fiskalment biex jagħtu moratorju ta’ sitt xhur fuq il-ħlas tal-kera, bit-terminu tal-kuntratt jiġi estiż bl-istess perjodu ta’ żmien.

· L-Awtorità tad-Djar għandha wkoll tagħti moratorju ta’ sitt xhur fuq il-ħlas tal-kera lil dawk il-persuni li qegħdin jibbenefikaw minn akkomodazzjoni soċjali.

· Għandha tiġi ffinanzjata pjattaforma diġitali biex akkademiċi u studenti tal-Fakultà għalBenesseri tas-Soċjeta jkunu jistgħu jagħtu servizz ta’ appoġġ u sapport permezz tat-telefon u mezzi diġitali.

· Ghandu jiġi ffinanzjat programm ta’ inizzjattivi mal-NGO’s biex dawn ikunu jistgħu jużaw ilħiliet u n-networks li għandhom fil-komunitajiet rispettivi tagħhom biex ikunu ta’ sostenn għall-anzjani u l-persuni vulnerabbli li se jkunu f’lockdown.

· Għanda tiddaħħal skema ta’ appoġġ u inċentivi għal kull min lest li jipparteċipa u jikkontribwixxi fix-xogħol li qed iwettqu l-foodbanks f’pajjiżna.

· Il-Gvern għandu jidħol fi ftehim mal-banek kummerċjali sabiex dawn jagħtu moratorju ta’ sitt xhur fuq il-ħlas ta’ pagamenti lura ta’ self għal propjetà residenzjali u buy-to-let, kemm fuq ilkapital kif ukoll fuq l-interessi, lil dawk il-ħaddiema u self employed kollha li x-xogħol talintrapriża jew negozju tagħhom intlaqat drastikament bil-kriżi COVID-19.

· Il-Gvern għandu jagħti inċentiv ta’ darba lill-anzjani sabiex ikunu jistgħu jixtru apparat tatteknoloġia u konnessjoni ta’ l-internet biex ikunu jistgħu jikkomunikaw b’mod aktar sħiħ mal-bqija tas-soċjetà.

· Għandha ssir kampanja sabiex ma’ jkunx hawn min japprofitta ruħu mill-bżonnijiet tan-nies f’dak li għandhom x’jaqsmu affarijiet essenzjali, billi jgħolli l-prezzijiet b’mod abużiv.

Jekk din ma’ tkunx effettiva, l-Gvern għandu jikkunsidra jdaħħal miżuri aktar restrittivi u regolatorji f’dan is-sens.

Claudio Grech spjega kif it-twettiq ta’ dawn il-miżuri jistgħu joffru xibka ta’ appoġġ għall-familji Maltin u Għawdxi, b’kull inizzjattiva immirata li tħalli impatt pożittiv fuq dawk milqutin. Huwa qal li f’din il-kriżi ma’ nistgħux inkun selettivi u nagħżlu lil min ngħinu u lil min inħallu barra mill-għajnuna kemm jekk dawn huma impjegati, kemm jekk huma self employed kif ukoll jekk huma persuni rtirati jew bi problemi ta’ saħħa.

Claudio Grech qal li l-miżuri li qed nirrakommandaw se jwasslu biex aktar nies josservaw l-appelli tas-social distancing mingħajr ma’ jibżgħu li se jitiflu lgħixien tagħhom. Dan meta s-saħħa hija prijorità. Ivan Bartolo qal li dan mument li nibdlu l-mod ta’ kif aħna naħsbu u ngħixu, u noffru iżjed solidarjetà lil xulxin issa li t-tbatijiet tan-nies qegħdin jitilgħu iktar fil-wiċċ.

Dan meta minn studju li sar jirriżulta li 48% jsoffru mis-solitudni u bla dubju s-solitudni f’dawn iż-żminijiet żdiedet, l-iktar fost l-anzjani waħedhom li qed jobdu d-direttivi tal-Gvern u mhumiex joħorġu. Huwa għalhekk ħeġġeġ issolidarjetà permezz tal-mezzi moderni u diġitali biex nikkomunikaw iżjed magħhom u noffrulhom ilwens. Dan filwaqt li ngħinu wkoll il-persuni b’diżabilità u persuni vulnerabbli.

Ivan Bartolo qal li rridu naraw dak li huwa urġenti bħalissa u x’inhu urġenti fil-futur tagħna, u filwaqt li niġġieldu l-biża naħdmu biex inkunu nazzjon magħqud.

Karl Gouder qal li l-ħaddiema u s-self employed qegħdin ibatu u ħeġġeġ il-Gvern li f’dan iż-żmien kruċjali hemm bżonn li jiġu ndirizzati d-diffikultajiet ta’ kull ħaddiem u self employed, sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun normali u jkunu jistgħu jibqgħu jieħdu ħsieb il-familji tagħhom.

Huwa qal li hemm diversi miżuri li jistgħu jittieħdu u dawn ma jinkludux biss pagamenti min-naħa tal-Gvern. Huwa semma tlett proposti li ma jinkludux pagamenti diretti mill-Gvern iżda li jirrikjedu sforz u kordinament mill-Gvern.

Karl Gouder qal li hemm bżonn li f’dawn iż-żminijiet naraw li ħadd ma jbati, iżda huwa importanti li naħsbu għal kif se tkun id-dinja wara li jgħaddi dan il-virus. Id-dinja u Malta se jkunu differenti ħafna, u allura huwa importanti li meta jasal dan iż-żmien, pajjiżna u lfamilji tagħna jkunu f’qagħda b’saħħitha u lesti biex jaffaċċjaw l-isfidi l-ġodda ta’ dinja ġdida.

Din il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri talFamilja, s-Solidarjetà Soċjali, l-Pensjonijiet, id-Drittijiet tat-Tfal u tat-Tarbija fil-Ġuf Claudio Grech, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Ġlieda kontra l-Faqar, is-Solitudni u lEsklużjoni Soċjali Ivan Bartolo u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali Karl Gouder.