Ewropa Internazzjonali

Possibilità ta’ estensjoni għat-tranżazzjoni ta’ Brexit

L-estensjoni tat-tranżazzjoni ta’ Brexit hija l-aktar ħaġa għaqlija li għandha ssir fid-dawl taċ-ċirkostanzi li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom. Dan intqal fi stqarrija ppublikata mill-Partit Popolari Ewropew wara li din il-pandemija tal-Coronavirus mhux biss qed tfixkel il-ħajja ta’ kuljum iżda wkoll qed tfixkel in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.

Għaldaqstant taħt dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji l-PPE qed jitolbu diskussjoni b’urġenza sabiex il-perjodu ta’ tranżizzjoni jiġi estiż oltrè l-aħħar tas-sena.

L-MEP Christope Hansen sostna li qed jittama li s-sens komun u sustanza jmorru minn ta’ quddiem u l-estensjoni tidħol fis-seħħ l-għaliex hija l-aktar ħaġa għaqlija li għandha ssir fid-dawl tal-kriżi ekonomika li l-globu ser iħabbat wiċċu magħha.

L-Membru Parlamentari Ewropew David McAllister, Chairman tal-UK Coordination Group , sostna li l-Unjoni Ewropea dejjem offriet l-opzjoni li t-tranżazzjoni ta’ Brexit tiġi estiża, u preżentament id-deċiżjoni jekk dan iseħħx taqa’ kompletament f’idejn il-Brittaniċi. S’issa l-Gvern Brittaniku dejjem ċaħad din l-opportunità.