Lokali Parlament

Tal-mistħija li l-Gvern issa qed jgħid li m’għandux flus għal kulħadd

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li hi tal-mistħija li l-Gvern issa qed jgħid li m’għandux flus għal kulħadd.

Edwin Vassallo qal li l-ikbar xokk għall-poplu kienet meta kien żvelat mill-Prim Ministru li l-Gvern m’għandux flus għal kulħadd. Hu kompla li l-Oppożizzjoni se tappoġġja l-pożizzjoni tal-Gvern favur is-self tal-Gvern iżda ma tistax taqbel mal-ammissjoni tal-Prim Ministru li m’hawnx flus għal kulħadd. Edwin Vassallo kompla li hemm 113,000 ħaddiem li jistgħu jibqgħu b’xejn.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ħaddiema li mhux se jibbenefikaw jistgħu jitkeċċew minkejja li l-Gvern kien jgħid li l-pajjiż għandu surplus.

Hu sostna li waqt il-maltemp jinkixfu l-veritajiet u spjega kif il-Gvern Nazzjonalista immexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi qatt ma qal lill-poplu li l-Gvern m’għandux flus biżżejjed għal kulħadd.

Issa nkixfet il-maskra tal-Gvern Laburista, sostna Edwin Vassallo, li kompla li fil-każi ta’ korruzzjoni l-Gvern sab u kellu flus bħall-Electrogas u l-Vitals.