L-imwiet mill-coronavirus fl-Italja żdiedu bi 837 għal total ta’ 12,428 vittma. Intant, 1,109 oħra fiequ mill-effetti ta’ Covid-19 f’perjodu ta’ 24 siegħa li jmur lura għat-Tnejn u meta (s’issa) fl-Italja, fiequ mill-marda total ta’ 15,729 persuna.
L-awtoritajiet tas-saħħa fl-Italja qed jittamaw li ‘il-grafika tal-imwiet’ ma ddumx ma tinżel — anki jekk il-każi ġodda tal-coronavirus f’dan il-pajjiż żdiedu b’2,107 għal total ta’ 77,635 infettat.
Illum, fl-Italja, il-bnadar fl-ibliet u l-villaġġi kienu qed jittajjru kollha mezz’asta waqt li kienet osservata minuta ta’ silenzju b’rispett għall-vittmi tal-coronavirus u qrabathom. Il-minuta silenzju saret ukoll bħala espressjoni ta’ solidarjetà mal-ħaddiema tas-saħħa li qegħdin jagħmlu li jistgħu f’din l-emerġenza.
Sadanittant — u filwaqt li l-awtoritajiet jemmnu li l-Italja setgħet laħqet ‘il-massimu tal-kurva tal-infezzjonijiet — il-pajjiż xorta għadu jinsisti bil-miżuri stretti tal-lockdown biex il-poplu jegħleb din il-pandemija.
//= $special ?>