Jismu Matthias Kentzia – huwaMalti ta’ 29 sena li ttestjat pożittiv għall-COVID-19. Jgħix Barcellona, fejn ilu rikoverat ghal numru ta’ ġranet…
Iżda f’dawn l-aħħar sigħat huwa ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva… fejn kien qed jissielet għal ħajtu.
F’post li kiteb fuq il-media soċjali, iz-zaghzugh minn San Giljan stqarr illi qatta’ dawn l-aħħar ġimgħatejn jiġġieled ma’ dan il-virus.
“Ħadd m’hu invinċibbli….qas jien! Kont ngħix ħajja sana, ma kelli l-ebda kundizzjoni ta’ saħħa… iżda l-Coronavirus ħallieni paralizzat minħabba d-deni qawwi li kellu …tant illi kellu bżonn ukoll l-magna tal-ossiġnu 24 siegħa kuljum.”
Matthias jikteb li qed jgħaddi dan il-messaġ mhux biex ikun popolari iżda biex jiġbed l-attenzjoi tal-gravita ta’ din il-marda.
Semma’ kif l-awtoritajiet tas-saħħa madwar id-dinja qed isibuha diffiċli ferm biex ilaħħqu mad-domanda tal-pazjenti tal-coronavirus. Sistemi tas-saħħa li spiċċaw ikkollassaw kompletament, b’eluf ta’ persuni qed jispiċċaw imutu ta’ kuljum.
Sostna li d-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju li qed jagħmlu l-eluf ta’ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa huwa indeskrivibbli. Qal li hemm ħafna minn dawn l-istess ħaddiema li qed jispiċċaw jimirdu huma stess u kien hemm min saħanasitra miet kawża ta’ dan il-virus.
F’appell imqanqal huwa talab sabiex kulħadd jisma’ mill-professjonisti u juri r-rispett u s-sapport tiegħu lejhom. Sostna li jekk wieħed jibqa’ d-dar, ghandu jiżola lilu nniffsu u jaħsel idejh ta’ spiss biex jgħin ħalli dan il-virus ma jkomplix jinfirex.
Iz-zaghzugh Malti insista li bħalissa mhux iż-żmien fejn il-pubbliku jkun egoist iżda ż-żmien fejn isiru s-sagrifiċċji għall-ġid komuni.
//= $special ?>