Coronavirus Għawdex Lokali

Il-PN jilqa’ l-miżuri li tħabbru fuq Non Essential Travel bejn Malta u Għawdex

Mill-arkivji

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-miżuri li tħabbru aktar kmieni llum mill-Ministru għal Għawdex biex jidħlu fis-seħħ aktar restrizzjonijiet dwar min jista’ jaqsam minn Malta lejn Għawdex.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex u r-Riforma Kostituzzjonali Chris Said, mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni u Affarijiet Soċjali f’Għawdex Frederick Azzopardi u mid- Deputat Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Kevin Cutajar, il-Partit Nazzjonalista qal li dan qed isir wara li fl-aħħar jiem il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista u numru kbir ta’ nies ħeġġew lill-Gvern biex ma jibżax jieħu dawn il-passi biex jassigura li jħares is-saħħa tal-Għawdxin u l-Maltin f’ dawn il-mumenti diffiċli.

Dawn ir-restrizzjonijiet fuq vjaġġar li mhux essenzjali huma pass fid-direzzjoni t-tajba u għalhekk nappellaw biex jiġu segwiti mill-pubbliku.