Lokali

Reviżjoni fil-prezz taċ-ċilindri tal-gass

Il-prezz jorħos b'€1

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ħabbar li l-prezz massimu għall-bejgh bl-imnut lill-konsumatur taċ-ċilindru tal-LPG tat-tnax ‘ilkilo kif approvat mir-Regolatur hu ta’ €15.

Il-prezz massimu għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur fil-każ ta’ ċilindri tal-LPG f’daqsijiet oħra għandu jiġi kkalkulat pro rata u bbażat fuq dan il-prezz.

Dawn il-prezzijiet massimi ta’ bejgħ bl-imnut lill-konsumatur għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ April 2020.

Ċilindru tal-LPG tat-tnax-il kilo – €15

Ċilindru tal-LPG tal-ħamsa u għoxrin kilo – €31.25