L-istess bħad-19 ta’ Marzu, anki l-festa tal-31 ta’ Marzu kienet mingħajr spirtu ta’ festa.
It-toroq kważi vojta. Ftit li xejn karozzi fit-triq. F’temp tipiku tar-Rebbiegħa, ħafna familji din id-darba minflok marru fil-kampanja jew fejn il-baħar segwew id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa u baqgħu ġewwa fi djarhom.
Għalkemm f’ħafna bnadi n-nies kienu ftit li xejn, f’zoni oħra xorta nġabru familji bit-tfal u barranin. Tant hu hekk li sa anki ssejħu l-pulzija biex jiġbdu l-attenzjoni tan-nies.
Żgur li l-multi l-ġodda għall-gruppi ta’ aktar minn tlieta affetwat l-ammonti ta’ nies fuq barra. Skont il-miżuri li ddaħħlu t-Tnejn, il-multa hi ta’ 100 ewro għal kull persuna li jinqabad fi grupp.
Ritratti miġbuda minn Matthew Tabone








