Ambjent Lokali

Siġar jispiċċaw meqruda

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, numru ta’ ħaddiema ntbagħtu fit-triq ewlenija fejn se jsir il-proġett tas-Central Link – in-naħa ta’ Ħal Balzan – fejn dehru jqattgħu s-siġar.

Xeni li nqabdu mill-cameras ta’ Net News juru l-mod li bih beda jsir dan il-proċess, fejn is-siġar litteralment tqattgħu f’biċċiet żgħar biex jitneħħew mill-post.

Din iz-zona hi immarkata bħala parti mit-triq fejn se jkun qed jibda l-proġett tas-Central Link, xprunat mill-Ministru Ian Borg – proġett li diġa’ ġibed kritika qawwija mir-residenti ta’ Ħ’Attard u Ħal Balzan. Mhux magħruf eżatt jekk kienx hemm permessi biex sar dan ix-xogħol, meta bħalissa l-attenzjoni ta’ bosta tinsab fuq affarijiet oħra.