Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali

Żieda sostanzjali fil-prezzijiet

Minħabba s-sitwazzjoni straordinarja li qed ngħixu fiha, bhalissa qed ikun hemm domanda għolja għal ċerti prodotti partikolari. Dan qed jikkawża żieda sostanzjali fil-prezzijiet tagħhom. 

F’intervista ma’ Newsbook, kelliema għall-Awtorità Maltija tal-Konsumatur, l-MCCAA qalet li hija konxja li l-konsumaturi qed iħabbtu wiċċhom ma’ żidiet fil-prezzijiet ta’ ċerti prodotti. Dan minħabba li hemm domanda qawwija għalihom.

L-Awtorità tal-Konsumatur, qed tagħmel monitoraġġ kontinwu, sabiex ikun magħruf jekk dan hux riżultat ta’ ksur tal-ligi tal-Kompetizzjoni. Jekk dan ikun il-każ, l-Awtorità se tevalwa hemmx lok li jittiħedu miżuri specifiċi fir-rigward tal-prezzijiet.

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb kien qal li huwa inaċċettabbli li ċerti prodotti ta’ sanita għolew b’mod drammatiku fil-prezz.

Minn naha taghha….l-Awtorita tal-Konsumatur qed tassisti lill-konsumaturi dwar it-drittijiet tagħhom, partikolarment dwar servizzi li qed jiġu mħassra jew affettwati b’mod sostanzjali minħabba l-coronavirus. Filfatt mill-aħħar ta’ Frar s’issa ….l-MCCAA rrispondiet aktar minn 1,000 mistoqsija dwar temi relatati.

Il-kelliema tal-MCCAA spjegat ukoll li l-Awtorità żviluppat proċess simplifikat għad-distributuri u l-importaturi li jixtiequ jqiegħdu s-sanitisers fis-suq. Proċess simili qed isir għall-maskri.

Filfatt l-MCCAA saħqet li qed taħdem ma’ operaturi lokali biex tkun faċilitata l-produzzjoni lokali tad-diżinfettant ibbażat fuq l-alkoħol.