Coronavirus Futbol Sport

Zilina fi problemi finanzjarji kbar … jitterminaw il-kuntratt ta’ 17-il plejer

Is-seba’ darbiet champions tas-Slovakkja Zilina jinsabu f’likwidazzjoni minħabba problemi finanzjarji kawża tas-sospensjoni tal-kampjonat minħabba l-coronavirus. Zilina li hu wieħed mill-klabbs popolari fis-Slovakkja, diġà ttermina l-kuntratti ta’ 17-il plejer, fosthom dawk bl-ogħla salarji u dawk li l-kuntratt tagħhom jiskadi din is-sena. Il-klabb talab lill-plejers biex jaċċettaw li jnaqqsu 80% tas-salarju iżda l-proposta ma ġietx aċċettata.

Zilina spjegaw din id-deċiżjoni hekk kif qalu li l-budget tal-2020 hu bbażat kollu fuq il-bejgħ tal-plejers. “F’termini ta’ lealtà u ekwità lejn il-klabb, Zilina jikkunsidraw id-deċiżjoni bħala assolutament mhux ġusta,” qal il-klabb fi stqarrija. It-tim Slovakk qal li xorta se jkunu jistgħu jispiċċaw l-istaġun jekk xi darba jerġa’ jibda, bl-introduzzjoni tal-plejers żgħażagħ li urew ir-rieda u s-solidarjeta. Huma sostnew li analiżi legali uriet li kumpanija f’likwidazzjoni ma jkollix l-attivitajiet tagħha limitati.