Appell biex in-nies jisimgħu il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex il-firxa tal-Coronavirus f’Malta tkun, sa fejn hu possibbli, imrażżna.
Sostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt laqgħa mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci fid-Dar Ċentrali.
Laqgħa li matulha, kemm il-Professur Gauci kif ukoll il-Kap tad-Dipartiment tal-Patoloġija, Christopher Barbara taw rendikont tas-sitwazzjoni bħalissa f’Malta
Adrian Delia irringrazzja lil dawn iż-żewġ esperti għas-servizz tagħhom, kif ukoll għall-informazzjoni uffiċjali u f’waqtha li jipprovdu lill-Oppożiżżjoni li hi kruċjali biex taqdi l-ħidma tagħha.
Min-naħa tagħha, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika irringrazzjat lill-Oppożizzjoni għall-koperazzjoni sħiħa li qed tingħata sabiex joħroġ messaġġ wieħed.
Il-Professur Charmaine Gauci qalet li bħalissa Malta għadha fil-fażi ta’ containment u l-ħidma qed tiffoka biex ikunu identifikati u iżolati l-ikbar numru ta’ każi possibbli. Hu għal dan il-għan li kull ma jmur, qed tkompli tiżdied il-kapaċita’ ta’ ittestjar li issa tlaħħaq għal madwar 700 test kuljum.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, it-Tabib Stephen Spiteri u l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Benesseri tas-Soċjeta’ Claudio Grech.
//= $special ?>