Coronavirus Internazzjonali

COVID-19: 1,118 ifiequ fl-Italja – sinjali tajbin fil-Lombardia

It-total ta’ persuni pożittivi fl-Italja huwa dak ta’ 80,572 – żieda ta’ 2,937 fl-aħħar 24 siegħa. Tul l-aħħar 24 siegħa wkoll fiequ 1,118 persuna sabiex issa l-ammont ta’ dawk li fiequ żied għal 16,847.

Sfortunatament l-ammont ta’ fatalitajiet fil-pajjiż ġar tagħna fl-aħħar 24 siegħa kien dak ta’ 727.

Dan filwaqt li hemm xaqq ta’ ottimiżmu fir-reġjun ta’ Lombardia wara li l-Awtoritajiet tas-Saħħa spjegaw li fl-aħħar 24 siegħa naqsu n-numru ta’ każijiet ġodda ta’ Coronavirus fir-reġjun.

Il-Ministru għas-Saħħa Roberto Speranza sostna li l-Italja għandha tibqa’ attenta u jinżamm il-pass kawtiel l-għaliex mossa falza taf tħarbat ix-xogħol kollu li sar fl-aħħar ġimgħat u jkollhom jerġgħu jibdew mill-bidu. Il-Ministru sostna li issa d-dinja trid tibda tħabbat wiċċha u tiprepara mal-fażi ta’ tranżazzjoni wara l-kriżi ta’ Covid-19.

S’issa l-każi pożittivi rrapportati madwar id-dinja laħqu t-887,057. L-imwiet kumplessivi jiżbqu l-44,200 filwaqt li l-ammont totali tal-persuni li fiequ minn din il-pandemija huma 185,291.