Coronavirus Internazzjonali

COVID-19: Spanja tħabbat wiċċha mal-agħar jum s’issa

f’24 siegħa l-ammont ta’ fatalitajiet fi Spanja kien dak ta’ 864 – l-agħar ċifra s’issa minn mindu bdiet il-firxa tal-virus fil-pajjiż.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa Spanjol fejn issa l-ammont totali ta’ mwiet fil-pajjiż laħaq id-9,053 filwaqt li l-każi konfermati pożittivi laħqu l-102,136.

Madwar id-dinja s’issa l-ammont ta’ każi qed jiżboq l-871,000 filwaqt li l-imwiet ittotalizzaw ‘il fuq minn 43,000.

B’kollox s’issa fiequ 183,665 -il persuna.