Ambjent Lokali

“Għaddew romblu minn fuq is-siġar u l-karba tan-nies” – Adrian Delia

“Għaddew romblu minn fuq is-siġar, l-karba tan-nies u tal-NGOs.” Hekk sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta fis-siġat bikrin tat-Tlieta filgħodu numru ta’ ħaddiema ntbagħtu sabiex jqaċċtu s-siġar fiz-zona ta’ Ħal Balzan – b’rabta mal-proġett ta’ Central Link.

Adrian Delia saħaq li l-Awtoritajiet ħatbu l-okkażżjoni sabiex jagħmlu dan meta l-poplu jinsab aljenat jieħu ħsieb saħħtu u b’mod responsabbli jinsab ġewwa. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li din “hija daqqa ta’ ħarta oħra għal saħħitna” u ddeskriva dan l-aġir bħala “deċiżjoni oħra insensittiva”.

Dan il-proġett, xprunat mill-Ministru Ian Borg, diġà ġibed lejh kritika qawwija mir-residenti ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard. S’issa mhux magħruf x’permessi kien hemm sabiex din l-attroċità titwettaq.