Is-sewwieq tal-Moto GP Andrea Iannone ġie sospiż 18-il xahar wara li f’Novembru li għadda falla test tad-doping. Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Motoċikliżmu qalet fi stqarrija li s-sewwieq ta’ Aprilia nstab pożittiv waqt il-Grand Prix tal-Malasja għall-isteroid sospiża Drostanolone. Is-sospensjoni tintemm fis-16 ta’ Ġunju tal-2021.
Iannone li l-kuntratt tiegħu jiskadi fi tmiem dan l-istaġun, ġie skwalifikat ukoll mir-riżultati tat-tlielaq fil-Malasja u Valencia. It-Taljan se jkun qed jappella minn din is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport. Din l-aħbar hi l-ewwel sitwazzjoni ta’ offiża ta’ doping fil-paddock mill-2012 fejn dakinhar is-sewwieq tal-Moto 2 Anthony West instab pożittiv għal methylhexanamine.
//= $special ?>