Knisja Lokali

Ikomplu x-xandiriet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra Quddiesa kuljum li, minħabba r-restrizzjonijiet kontra t-tixrid tal-Covid-19, qed tixxandar kuljum fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-Quddies iċċelebrat mill-Arċisqof qed jixxandar: · Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5:30 p.m. mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-Quddiesa tingħad it-talba tar-Ruzarju.

Il-Ħadd fid-9:30 a.m. mill-Knisja ta’ San Franġisk, il-Ħamrun. Għall-Ġimgħa Mqaddsa li tibda nhar il-Ħadd li ġej, 5 ta’ April, Ħadd il-Palm, qed jitħabbar programm speċjali li jinkludi numru ta’ funzjonijiet reliġjużi.