– Jason Azzopardi, PN
Il-Gvern għandu jikkontrolla l-abbużi fil-prezzijiet ta’ prodotti essenzjali f’dan il-mument.
Dan sostnieh id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi meta kien qed jitkellem fil-parlament.
Jason Azzopardi qal li hawn prezzijiet tal-ikel li qed jisplodu u hawn min qed jabbuża; propju meta hawn diffikultajiet għall-familji. Il-gvern għandu għodda għad-dispożizzjoni tiegħu u għandu jużaha.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern ressaq emenda għal-liġi tal-1963 u ħa f’idejh il-poter u s-setgħa li minħabba l-emerġenza li jista’ jieħu f’idejh kul impriża li mhi tal-gvern.
Hu appella lill-Ministru tal-Ekonomija dwar Liġi tal-1947 li saret sentejn wara l-gwerra għaliex kien hemm rebus fil-prezzijiet tal-ikel fejn in-nies kienu jgħixu fil-faqar.
Din il-liġi għadha teżisti u l-Ministru tal-Ekonomija jista’ jagħmel regoli biex isiru ċertu kontrolli ta’ prezzijiet ta’ prodotti. Il-Ministru għandu jeżerċita dan il-poter; jekk għandu kuxjenza soċjali.
Franza ħarġet ordni biex għamlu kontroll fuq il-prezzijiet tal-hand sanitisers minħabba żidiedt enormi fil-prezzijiet.
Jason Azzopardi semma’ lil Steward u qal li mill-kontijiet tal-2017 tagħha jirriżulta li Steward kellha €6 miljun arretrati ta’ VAT, net liabilities ta’ €27.5 miljun, telf ta’ €18-il miljun u €6 miljuni kellha €6 miljuni; kellha tagħti €43 miljun li għandha tagħti lill-kredituri.
Dawn huma frodi, sostna Jason Azzopardi, li kompla li dan hu każ bħal tal-Price Club. Jirriżulta li Steward għandha biss €160,000 fil-bank iżda Konrad Mizzi għamel ftehim li jekk l-isptarijiet jittieħdu lura jridu jitħallsu €100 miljun.
Fl-2017 Steward kellha €5.9 miljun f’arretrati tal-VAT u issa għandha tagħti €16-il miljun lill-VAT.
Jason Azzopardi qal li l-Gvern taqbel mal-abbozz ta’ Liġi dwar is-Sospensjoni u l-Interruzzjoni ta’ Perjodi ta’ Żminijiet Legali u oħrajn u sostna li dan l-att jagħti raġun lill-Oppożizzjoni. Oriġinarjament il-Gvern bidel il-pożizzjoni fi żmien ġimgħa u ġimgħa ilu ma qabilx mal-Oppożizzjoni l-ġimgħa li għaddiet.
Dak li l-gvern qed jipproponi llum hu eżatt dak li l-Oppożizzjoni pproponiet ġimgħa ilu u kkritikat lill-istess Oppożizzjoni u akkużata li qed tqarraq.
//= $special ?>