Coronavirus Futbol Sport

Imut l-eks President ta’ Olympique Marseille Pape Diouf bil-coronavirus

(Ritratt: Icon Sport)

L-eks President ta’ Olympique Marseille Pape Diouf miet fl-età ta’ 68 sena kawża tal-coronavirus. Ftit jiem ilu, il-klabb Franċiż kien ikkonferma ftit jiem ilu li s-Senegaliż kien infettat bil-coronavirus. Hu miet fil-kapitali tas-Senegal Dakar.

Diouf li fil-passat kien ġurnalist u aġent tal-plejers, kien President ta’ Olympique Marseille bejn l-2005 u l-2009. Taħt il-Presidenza tiegħu, Marseille spiċċaw darbtejn fit-tieni post fil-Ligue 1 u tilfu darbtejn il-finali tat-Tazza Franċiża. Marseille rebħu l-kampjonat fl-istaġun ta’ wara li ħalla l-klabb.

F’messaġġ fuq twitter, Olympique Marseille kkonfermaw l-aħbar u qalu li Diouf se jibqa’ f’qalbhom għal dejjem u hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa arkitetti fl-istorja tal-klabb. L-organizzazzjoni li torganizza l-kampjonat Franċiż fakkret lil Diouf bħala raġel kariżmatiku u mexxej passjonat.