Lokali

Jinbidlu l-listi ta’ min hu eliġibbli għall-iskema tal-pagi mħabbra mill-Gvern

Il-listi tal-Malta Enterprise tas-setturi li huma eliġibbli għall-iskema tal-pagi mħabbra mill-Gvern reġgħu inbidlu.

Kien hemm diversi operaturi li kkuntattjaw lil Net News fejn qalu li wara l-festa pubblika, huma marru biex japplikaw għall-appoġġ finanzjarju u sabu tibdil.

B’setturi li tneħħew, oħrajn li ġew miżjuda u setturi partikolari li qatt ma kienu kkunsidrati għal kumpens.

Net News daħal fis-sit tal-Malta Enterprise biex jivverifika ir-rapporti li kienu qed jaslulna. Fil-fatt, jidher li t-tibdil seħħ f’dawn l-aħħar sigħat bejn it-Tnejn filgħaxija u l-ġurnata tal-Erbgħa.

Is-setturi li tneħħew kienu il-bejgħ ta’ fuel, metalli u kimika, bejgħ tal-injam u materjal tal-kostruzzjoni, wholesale u servizzi oħra ta’ apparat tad-dar u household appliances…u bejgħ ta’ apparat ta’ awdjo u video.

Il-haddiema u l-intraprizi li joperaw bi hwienet bhal dawn mhux se jiehu ghajnuna mill-Gvern fl-eqqel tal-krizi tal-Coronavirus.

Min-naħa l-oħra żdiedu produzzjoni, post-production u distribuzzjoni ta’ prodotti ċinematografika, video u televiżjoni, swali taċ-ċinema, recording u pubblikazzjoni ta’ mużika u fotografija.

Sadanittant fiż-żewġ listi, għad fadal setturi li baqgħu mhux inklużi, minkejja li ntlaqtu b’mod negattiv f’dawn iċ-ċirkostanzi.

Settur minnhom hu dak tar-riċevituri tal-lottu u settur ieħor u tal-avjazzjoni. Dawn baqgħu barra, kemm fil-listi oriġinali kif ukoll il-listi riveduti tal-Malta Enterprise.